mikiel

Comment – Film – Literature – Photography

Menu

Skip to content
  • By this pen…
    • L-Għami Dlam
    • Selected Poems
    • Published Books
      • Dal-Baħar Iswed (2019)
      • Meta Ġużi Kien Abbati (2017)
      • Ħallih Ħa Jonfoħ ir-Riħ (2013)
    • Vinyl Record Reviews
      • Leonard Cohen: Death of a Ladies Man (1977)
      • Leonard Cohen – I’m Your Man (1988)
    • Arts and Live Entertainment Reviews
      • Castillo
      • Brodu – Bambinella
      • Taralalla
      • Fr.Karm Debattista: The Rhythm to the Melody Line
      • Raymond (Fight) Beck
    • Scripts & Screenplays For Download
    • Film Reviews
      • Qlub Imweġġgħa 2013)
  • Photography
    • Event Photography
      • Photoshoot: Friends Vs VIPs – Fundraising Event (May 2015)
    • Old Photography Repair
    • On Location Photography
      • Photoshoot: Tarxien (November 2013)
      • Photoshoot: Marsascala (October 2014)
      • Photoshoot – Cittadella (September 2016)
      • Photoshoot – Zurrieq (October 2016)
  • My Fine Friends
    • Wioletta Ruchala
    • HUNTING CAIN
    • André Mangion
  • Photo Restoration Services
  • Testimonials/Reviews

L-Għami Dlam

Lirika:

1. Introduzzjoni (Instrumental)

2. L-Għami ta’ Jericho

Fid-dlam jien ninsab

Nixtieq li ninħabb                    

Fil-genb ta’ dittriq

Qed nitlob li nfiq

Staqsejtni x’nixtieq

Weġibtek – li nfiq.    

             

Sirt naf li ġejt int

Qaluli u emmint

Li tridni narak

U f’kollox nafdak

Dan biss jien nixtieq

Li nara – li nfiq.

Fid-dlam jien ninsab

Nixtieq li ninħabb                    

Fil-gemb ta’ dit-triq

Qed nitlob li nfiq

Staqsejtni x’nixtieq

Weġibtek –

3.Smarna Gora

Hej! Fejn inti sejjer?

Fuq Muntanja Smarna Gora

Aħna lkoll sejrin

Infittxu lil Pocolowow

U ndaħħku l’xulxin.

Hemmekk inkunu ħafna l’ bogħod

Minn sħabna Maltin

Fuq Muntanja Smarna Gora

Jien, int u x-xadin.

4. Kun Dawl

Kun inti dawl għalija

Meta taqa’ d-dalma

Agħtini wens mill-ħtija

Dewwaqni l-kalma


Ili s-snin nitħabbeb magħha s-sirda

Sirt ħabib mal-lejl.

Kun int dawl għalija

U ma jbeżżagħni xejn.

Kun inti dawl għalija

Jekk il-passaġġ jidjieq.

Dix-xita bil-ħamrija

Qed tgħattili t-triq.  

Meta kważi nasal ngħaqqad ix-xena

Jiżdiedu l-biċċiet.

Kun inti dawl għalija

meta l-jum jiswied.

Iva kun dawl għalija

Meta d-dwal jintfew

Jinbarmu riġlejja

Għajnejja jagħmew.

Ili ħajja nterraq b’għajnejja mgħottija

Bla ma qatt ħbatt f’imkien.

Kun inti dawl għalija

Għaliex qed ngħodd il-jiem.

5.Għajnejn Sbieħ

Żgħira, tkomplix tgħidli

Tkomplix illum

Tini jdejk, tgħannieq’ ‘ekk trid

Għax xiħ il-jum.

Bid-dmugħ għamejtni

Ħallejtni nsum…

Nersaq lejk, tgħannieq’ ‘ekk trid

Inħares

            F’għajnejn sbieħ  

            Li jaraw lili sħiħ

            Għalkemm jiena migruf; mitluf fi ġnien id-dlam

            Tajtni l-ħin

            Tama f’jiem Xitwin

            Kenn u kliem mimli faraġ

            F’dat-taraġ miksi rħam

Żgħira, ejja sibni

Sibni illum

Ibq’għattini, aħjini illum b’dawk

                        Għajnejk sbieħ

                        Jaraw lili sħiħ

                        Għalkemm jiena mitluf, maħtuf minn tant ilpup

                        Imtlejt kuraġġ

                        Bla ma qtajtli l-għatx

Bi tbissimtek, bil-wens

B’das-sens li jien maħbub

Żgħira, erġa għidli

Forsi’d niblih

Għandix sehemi jien x’imkien f’dawk għajnejk sbieħ

Għandix sehemi jien x’imkien f’dawk għajnejk sbieħ…

6.Allelulja

7.Tifel Sabiħ

Tifel żgħir ta’ qalbi 

Ejja żommli jdejja

Għax daqt nisbaħ waħdi

Bla ma nsibek ħdejja

Tilgħab fuq ir-ramel

Titbissem tgħannaqni

Kemm ittini x’nagħmel

Bi kliemek iddaħħaqni

Oooo ooh

Tifel sabiħ

Tifel żgħir ta’ ħajti

Tarani imsallba

Xorta trid naqralek

Qabel ngħidu t-talba

Daqt jgħibu għal dejjem

Dal-jiem kollha dija

U jkollna inqumu

Mill-ħolma tat-tfulija

Ooooooh

Tifel sabih

8.Fuq l-Irdum

Fuq l-irdum moħħi biss fik

U f’kulm’ għedna l’xulxin

M’ghandi xejn iktar x’nagħtik

W’issa sarli l-ħin.

Hawn ma sħabi sħab tajjar

Nħossni wisq tan-nejk

Jekk mingħajri int aħjar

Ma rridx inkun ħdejk

Għax inħobbok, iva nħobbok iktar minni stess   

Għax inħobbok, iva nħobbok, iktar minni stess

Taħt il-blat għandek issib

Qalbi frak tal-ħġieġ

Tingħi ma l-inbieħ tal-klieb

Miksija bil-ħmieġ

Imma tħobbok, iva tħobbok, iktar minnha stess   

Iva tħobbok, tibqa tħobbok iktar minna stess

9. Darba Tmur

Issa mbikkem taraha bilkemm għadha trid taf bik

Biki w’xeni kollha għalxejn w’ed tibża li tinsik

Tagħmel balla wegħdi u taħlef tkun kuntent

Li kieku tiġi lura

U tgħannqek ittik kura

Imma darba tmur, darba tmur

Darba tmur, darba tmur

Tista’ issir milljunarju, ġġibha lura ma tistax

Issa jerbħek is-silencer tal-karozza fil-garaxx

Togħoma bżieq ħażina, u għalxejn tgħid miskina

Issa iċ-ċens għalaq

U Ġuda mar jitgħallaq

Imma darba tmur

Darba tmur, darba tmur

F’biċċa kitba mur deffisha

Ħalli żgur ma tinsihiex

Ma Marija se tqaddisha

Taparsi ma weġġajthiex

Kellek dil-manija

Ridt tgħix fil-fantasija

B’min jaf kieku kieku

Ħela ta’ ossiġnu u bżieq

U taf li darba tmur

darba tmur

Darba tmur, la darba tmur


Darba tmur

La darba tmur

M’hijiex ġejja lura

Ma terġax tħarislek lura

Lejn dal-bieb

L-anqas ħsieb

Għall-passat l’għamiltu

U għall-futur li dfintu

Għax darba tmur

Darba tmur

Issa f’ħofra għaddas rasek

Wiċċek iksi nugrufun

Tensjoni ttajjarlek nagħsek

U taf l’inti il-kaġun

Ħtija, ħtija tiegħi, li daqshekk rajtek miegħi

U fejn mortli għażiża?

 Tas- Sliema Tal-Qaddisa

Għaliex la darba tmur, darba tmur…  

Xi darba hi wkoll ghad tmur

Xi darba jasal il-futur

Sema timtela sħab

Ħafna biki, hafna talb

Xi darba hi wkoll  ghad tmur

Xi darba hi wkoll għad tmur.

Xi darba hi ukoll ghad tmur

Iġġiegħlek tgħaddi minn dulur

Titħalla iċċassat

Ma jkun jista’ jsabbrek hadd

Xi darba hi wkoll  għad tmur

Xi darba hi wkoll  għad tmur

Xi darba hija wkol għad tmur

Taħt lapida b’isem mistur

Fili jnibbtu l-lellux

Li mill-mewt ma jiddarsux

Xi darba hi wkoll għad tmur

Xi darba hi wkoll għad tmur

u tħallik toħlom bil-kulur

f’dil-kaxxa tal-injam

f’qabar qalbek għami dlam

xi darba hi wkol għad tmur

xi darba hi wkoll għad tmur.

10. Konklużjoni (Instrumental)

Kliem u Mużika: Mikiel Camilleri Haber, 2023

Drittijiet kollha riżervati © Mikiel Camilleri Haber

Share this:

  • Twitter
  • Facebook

Like this:

Like Loading...
Create a free website or blog at WordPress.com.
Privacy & Cookies: This site uses cookies. By continuing to use this website, you agree to their use.
To find out more, including how to control cookies, see here: Cookie Policy
  • Follow Following
    • mikiel
    • Already have a WordPress.com account? Log in now.
    • mikiel
    • Customize
    • Follow Following
    • Sign up
    • Log in
    • Copy shortlink
    • Report this content
    • View post in Reader
    • Manage subscriptions
    • Collapse this bar
 

Loading Comments...
 

    %d bloggers like this: