1. Meta Konna Veru Żgħar Mikiel: Vocals / Keyboards/ Bullet Stratocaster/Tanglewood Christa: Vocals Meta konna veru żgħar Xtaqna ħafna nsiru kbar B’muscles semicircles sbieħ Nilbsu sew għax nieħdu riħ Meta konna veru żgħar Xtaqna dinja ħafna aħjar Inqerru, nitolbu spiss Nitħeddlu bin-night nurse biss Meta konna veru żgħar Brendan xtaq isir nutar Jien ma xtaqt li nagħmel xej Ħlief li ngħaddi GTA Issa li m’għadnix maż-żgħar Nilgħab logħob li jħobbu l-kbar Nitbissem qisni kuntent Tgħallimt dan l-iskript bl-amment
2. Tonda Mikiel: Keyboards/ Bullet Stratocaster - Rythm/Tanglewood/Vocals David: Bullet Stratocaster Solo Mikiel & Christa: Backing Vocals Monument mill-aktar speċjali Tistħajlu vettura spazjali Għat-tfal kollha, kemm kbar kemm żgħar Darba kien ħafn’ isbaħ w’aħjar Issa kollu marki taż-żraben Skidmarks ta’ tappini u tkaken F’ġirja waħda ‘ll bitħa flimkien Jew għal ġol-gazibo fil-ġnien U iddur, dur, dur, dur dur dur iddur dur dur iddur, iddur Tonda - forma hekk ċirkulari Tgħaqqad lilna u lis-sulari M’hix mudlama, m’għandekx bzonn torċ Għax imdawla sew minn San Ġorġ Jekk tixkana, wiċċek tistampa Għaliex iebsa ħafna dir-rampa Tiċċassa, titpaxxa b’dal-ġmiel Kburi biha w’kif San Mikiel Għax iddur, dur, dur, dur dur dur iddur dur dur iddur, iddur Tonda, twila w’tonda L’fejn tipponta? Kif nitlaħha niġri ‘Sni Honda Għax dit-tonda Vera tonda Qisni pulizija fuq ronda Bla ma nixxabat Ndur u nagħqad F’did-dawradurella U ara min jiġri iwissina is-Surmast Le, mhux suppost niġru jew ninżluha vera fast Din it-Tonda! Taħt il-ħarsa ta' Marija, taħt is-sejf ta' San Mikiel Monument mill-aktar specjali Tonda, twila w'tonda It-tmien wonder għal student bħali Veru fonda Bdejt minn isfel, tiela komplejt U tiflaħna, W’ma nafx kif spiċċajt fuq il-bejt Mhux se tisfronda Fejn tisponta? Din it-tonda Waqt li ħames snin qed niskonta Iktar minnha, ħadd m’huwa ogħola Kuljum nitlagħha, nintrabat magħha L-oħla post li għandna fl-iskol- Ninżilha bil-free għax iddur dur dur dur dur dur dur Imm' ara min jiġri, iwissina is-surmast Iddur dur dur għax mhux suppost niġru jew ninżluha vera fast Iva ddur dur dur dur dur dur dur Iv' ara min jiġri, iwissina is-surmast dur dur dur dur dur dur Le mhux suppost niġru, jew ninżluha vera fast Iddur dur dur Din it-Tonda! Iddur Iddur! Taħt il-ħarsa ta' Marija, taħt is-sejf ta' San Mikiel
3. Sa Ma Nqum Mikiel: Keyboards/ Bullet Stratocaster/Tanglewood/Vocals/Cajun Christa: Backing Vocals Tinkwetax li m’għadnix nitkellem Bqajt għaddej bla ma qagħadt insellem Nidher stramb, minn kif kont ma tagħrafnix Ħafna kliem, li ma nafx xi jfissru Saħħa w’Sliem, Proset lill-Ministru Oqgħod hemm, nippreferi ma tfehmnix Ħallini rieqed sa ma nqum Rieqed sa ma nqum Għax għandi n-ngħas Għandi n-ngħas Rieqed sa ma nqum Rieqed sa ma nqum U tagħtix kas, tagħtix kas Tittegjanix, ma rridx attenzjoni Titlobnix nieħu pozizzjoni Ma rridx naf, afli x’noffri wisq m’għandix Tini nifs mill-kakofanija Li ma tħennx, xejn ma tħenn għalija Tini kenn, ħu paċenzja w’tqajjimnix Ħallini rieqed sa ma nqum Manafx kemm se ndum Għadni bin-ngħas, għadni bingħas Rieqed sa ma nqum Rieqed sa ma nqum U tagħtix kas, tagħtix kas Għax ili snin imqajjem imma sibtni dgħajjef Sajjem u magħdur Għajnejja issa tqalu bil-kliem kollu li intqal U m’għadnix nifhem mnejn jien ġej u fejn se mmur Ħallini rieqed sa ma nqum Rieqed sa ma nqum Għad għandi n-ngħas, għandi n-ngħas Rieqed sa ma nqum Rieqed sa ma nqum U tagħtix kas, tagħtix kas Għax ili snin imqajjem li ħallewni dgħajjef Sajjem u magħdur Għajnejja issa ngħalqu taħt it-toqol ta’ kull ħalq Li jiġri bla ma jaf il fejn beħsiebu jmur
4. Triq San Franġisk Mikiel: Keyboards / Vocals/ Cajun/ Tambourline David: Tanglewood Rythm / Bullet Stratocaster Mikiel & Christa: Backing Vocals Kull post illi sifirt Kull veduta li rajt Żrajt f’qalbi biex kbirt Kull kanzunetta li smajt Tawni ħafn’ affarjiet, kemm irħula u bliet Tawni ħafn’ affarjiet, kemm irħula u bliet Min jaf fejn għad immur Fejn joħodni l-futur Kemm nies nixtieq inżur Sakemm id-dinja iddur Se jtuni ħafn’ affarjiet, dawn l-irħula u bliet Żgur mhux daqs it-traġitt sad-dar tan-nanniet Ma ngħoddomx il-barkiet Triq San Frangisk għadha tilqagħni Triq San Franġisk kull meta irrid Triq San Franġisk, hi tikkurani Triq San Franġisk jekk nistembaħ marid Għaliex il-ġrajja tal-ħajja nżul u tlajja ‘ndi l-malja, il-plajja inċafċaf saqajja Triq San Franġisk, hi tikkurani Triq San Franġisk kk’ nistembaħ marid Triq San Franġisk bħall-ifjen ġahwra Triq San Franġisk tiddili bla tmiem Triq San Franġisk immorru dawra Triq San Franġisk, imqaret fil-ġnien Għax immur fej immur insib tlajja u nżul F’moħħi biss nista’ miss nerġa nidħak ta spiss Triq San Franġisk immorru dawra Triq San Franġisk, imqaret fil-ġnien Triq San Frangisk infittxu parking Triq San Franġisk nidħlu fil-ħanut Triq San Franġisk, jiena u n-nannu Triq San Franġisk, nistadu għall-ħut U fil-longa l-ilwien bhal jiżżelġu flimkien U minn Nappa sal-Pont hemm it-tifel li kont Triq San Franġisk, jiena u n-nannu Triq San Franġisk, nistadu għall-ħut
5. Fuq Baħar Skur Mikiel: Vocals/ Tomtoms / Keyboards/ Bullet Stratocaster/ Tanglewood/Admira Mikiel & Christa: Backing Vocals Sibni x’imkien fuq baħar skur M’għandix saħħa biex nerġa ndur Tini ħabel ma xiex inżomm Il-kenn ta’ missier u omm X’imkien fuq baħar skur Fittixni, traba fid-dlam tal-lejl Issaħħab u m’jien qed nara xejn Tini prova li jimpurtak Wiegħedni li se narak X’imkien fuq baħar skur Sibni hawn f’dan il-baħar skur Għidli tiegħi x’inhu l-valur Tini qalbek ma xiex inżomm U għini mhux biss bil-fomm Qiegħed fuq baħar skur Tini mhabbtek ma xiex inzomm Qiegħed fuq baħar skur
6.Int Kif Int Mikiel: Keyboards/ Bullet Stratocaster - Rythm/ Tanglewood/Vocals David: Bullet Stratocaster - Lead Christa: Backing Vocals Inti il-ġmiel, il-fervur taż-żogħżija Il-ftila taqbad fid-dlam Inti il-benna ta’ festa raħlija Il-ħolma ta’ Adam Inti t-tgħannieqa lit-tifel l-imwarrab Id-dgħajsa tas-salvataġġ Tiġi issibni kull meta imġarrab Timlini bil-kuraġġ Mingħajrek din tieghi m’hix ħlief parodija Sfurzata mimlija stunar Ressaqtha lej Alla l’dir-ruħ hekk minsija għamiltni aħjar Inti, int kif int Inti, int kif int Inti, int kif int. Int l-aħħar qatra li xxebba’ tarbija U l-isbaħ tbissima li rajt Inti għażiża, l-iva waħdanija Minn qalbi jiena tajt Inti il-waħda li ili infittex Int li waqqaft it-tiftix Inti li fejjaqtni meta kont marid, int Li dewwejtli il-brix Mingħajrek din ħajti m’hix ħlief eżistenza Sfurzata, tintesa malajr ‘nt il-kelma li tibdel is-sens tas-sentenza X’inkun mingħajr Inti, int kif int Inti, int kif int Inti, int kif int.
7. Minn mindu sirt Missier Mikiel: Keyboards/ Tanglewood / Vocals/ Bullet Stratocaster Mikiel & Christa: Backing Vocals / Handclaps Elijah Paul: Vocal Minn mindu sirt missier Espandejt minn kullimkien M’għadx għandi xorts jiġini Xagħari ma jidher imkien Tgħid għax jien bniedem serju? Jew għax nehda fit-thewdin? Inħossni tlift il-boxxla Mindu twieled dax-xadin! U minn mindu jien missier Ninsa nagħlaq il-kużakk Sirt iktar suxxettibbli ‘l puplesiji w’heart attack Iva minn mindu jien missier Dahri qisu għalqa suf Żarmajt minn paceville U qas’ Rum; m’għadnix inħuf U li la la la laj La laj laj Minn mindu sirt missier M’għandi ħin immur imkien Għax emmenni jekk trid Għandna wisq x’nagħmlu flimkien Taparsi nagħmlu l-homework Immorru il-muzew U fdaqqa waħda dalam Bedtime story se nibdew Iva minn mindu jien missier Sirt kaptan ta’ dal-vapur Fejn l-ilma dejjem dieħel Toqob fih daqs passatur U nirsisti kemm nirsisti Sabiex nagħmel sens mill-ġenn Majnata waħda f’waħda Nfalli iktar mill-PN La laj laj Minn mindu sirt missier Iffissat f’kif inrabbih Irridu aħjar minni Biex fil-ħajja jkun rebbieħ Attent ma ntihx xi skandlu Eżempji tajbin biss Hi ħaġa impossibbli Għax niżgarra ħafna w’spiss Iva minn mindu jien missier Mindu kelli baby boy Fuq dahri rrid inqandel It-tabella tal-eroj U għalkemm inħossni mżarma Papa’ għalliem tabib xufier Inħossni grat, Mulej Li jien t’ibni il-missier Iva għalkemm ili missier Għadni ħafna eċċitat Salpajt fuq avventura Bħalha zgur ma kelli qatt U għalkemm inħossni mżarma Papa’ għalliem tabib xufier Inħossni grat, Mulej Li jien t’ibni il-missier La laj laj
8. Sempliċi Kelb Mikiel: Keyboards / Cajun / Vocals / Tanglewood /Bullet Stratocaster Ma tantx sibt kliem x’ngħid illum Gdimt xoffti w’ħarist lejk Il-ħin xtaqt inwaqqaf Sabiex nibqa’ ’ll dejjem ħdejk Għafasnik u bkejn’ għalik Bi qlubna kollha wġieħ Ippruvajt infakkrek kemm għalina Int sabiħ Nagħfas il-buttuna tal-qanpiena w’nistennik F’daqqa mbagħad niftakar li daqshekk ser ingawdik Minjaf hux tistennieni b’widnejk wieqfa bellusin Inwaddablek l-għoqda Ħalli ngħaddu ftit tal-ħin Għax sempliċi kelb, ma nafx hux se narak La sempliċi kelb, ma nafx hux se narak Għafasnik u għannaqnik Imm’ inti ma kontx hemm Manafx fejn spiċċajt - naħseb Li ħadd minna ma fehem La sempliċi kelb, ma nafx hux se narak Għax sempliċi kelb, ma nafx hux se narak
9. Rita (Irridha) Mikiel: Vocals/Keyboards/ Tanglewood/Tamborline/Bullet Stratocaster David: Admira Intro Mikiel & Christa: Backing Vocals Bistha b’xofftejn għatxana ‘l feddej Għal mistrieħ tant mixtieq Id-dawl kien bati, kont ili inbati Il-bieb kompa jidjieq B’fidi tqarbint u dlonk jiena fhimt Li kulhadd possibbli jfiq Fuqi giet kalma bhal kewba fid-dalma Ta’ lejl li ma jafx żernieq Rita irridha għax ħajti taqbida Minsuġa minn tlajja biss Rita inħobbha ’x kull meta nitlobha l’Ġenna tħallini mmiss Minn mindu doqtha inħallet din l-għoqda Ma stajt insib tarfha b’xejn U qalbi kont qtajt, sakemm lilha smajt U issa jien naf għalfejn. Rita urejtni x’nista’ nkun Urejtni min veru jien Timlini paċi, inħossni kapaċi Le miegħek qatt m’jien għajjien Rita fil-kaxxa bħal ċajta baxxa Rita ma tisfurzanix Rita bħal vleġġa ġo qalbi bla tweġġa Ghax le, ma takkużanix Rita irridha għax ħajti taqbida Minsuġa minn tlajja biss Rita inħobbha ’x kull meta nitlobha Il-Ġenna tħallini immiss U minn mindu doqtha inħallet din l-għoqda Ma stajt insib tarfha b’xejn U qalbi kont qtajt, sakemm lilha smajt U issa jien naf għalfejn. Rita, irridha Rita, Rita Lynn
10. Meta Kont Żgħir Mikiel: Vocals/Mouthorgan/Keyboards/ Tanglewood/Slaps David: Admira Meta kont żgħir B’għajnejja kbar Kollox kien possibli Nsir astronawt U nitfi n-nirien Pjaċir nieħu bla waqfien Imma kemm ma kont naf xejn Meta kont żgħir Fil-brejk ta’ nofsinhar L-għarus tat-tifla il-gustuża Niekol ħa nsir twil U xejn ma jibqa’ tqil Għarqan niġri f’nofs il-grawnd Imma kemm ma kont naf xejn Iva kemm ma kont naf xejn Kont se nsir suldat B’saħħti bħall-Papa’ Ma nibża’ minn ħadd Maħbub minn kulħadd U meta kont żgħir Taħt Siġra tal-Milied Nirrevedi il-pronomi Nistudja kuljum Biex nikseb Sajf etern Kif jgħaddu l-eżamijiet U kemm ma kont naf xejn Iva kemm ma kont naf xejn Kont se ngħix fit-tul U nsir raġel xiħ Ngħum ġo swimming pool Sabiex nibqa’ sabiħ
Kliem u Mużika - Mikiel Camilleri Haber Kitba u Recording bejn April u Awwissu 2023 Mixing / Mastering 30 Awwissu - 01 Settembru 2023 Prodott home made Drittijiet kollha riżervati © Mikiel Camilleri Haber