1. Meta Konna Veru Żgħar
Mikiel: Vocals / Keyboards/ Bullet Stratocaster/Tanglewood
Christa: Vocals
Meta konna veru żgħar
Xtaqna ħafna nsiru kbar
B’muscles semicircles sbieħ
Nilbsu sew għax nieħdu riħ
Meta konna veru żgħar
Xtaqna dinja ħafna aħjar
Inqerru, nitolbu spiss
Nitħeddlu bin-night nurse biss
Meta konna veru żgħar
Brendan xtaq isir nutar
Jien ma xtaqt li nagħmel xej
Ħlief li ngħaddi GTA
Issa li m’għadnix maż-żgħar
Nilgħab logħob li jħobbu l-kbar
Nitbissem qisni kuntent
Tgħallimt dan l-iskript bl-amment
2. TondaMikiel: Keyboards/ Bullet Stratocaster - Rythm/Tanglewood/Vocals
David: Bullet Stratocaster Solo
Mikiel & Christa: Backing Vocals
Monument mill-aktar speċjali
Tistħajlu vettura spazjali
Għat-tfal kollha, kemm kbar kemm żgħar
Darba kien ħafn’ isbaħ w’aħjar
Issa kollu marki taż-żraben
Skidmarks ta’ tappini u tkaken
F’ġirja waħda ‘ll bitħa flimkien
Jew għal ġol-gazibo fil-ġnien
U iddur, dur, dur, dur dur dur
iddur dur dur
iddur, iddur
Tonda - forma hekk ċirkulari
Tgħaqqad lilna u lis-sulari
M’hix mudlama, m’għandekx bzonn torċ
Għax imdawla sew minn San Ġorġ
Jekk tixkana, wiċċek tistampa
Għaliex iebsa ħafna dir-rampa
Tiċċassa, titpaxxa b’dal-ġmiel
Kburi biha w’kif San Mikiel
Għax iddur, dur, dur, dur dur dur
iddur dur dur
iddur, iddur
Tonda, twila w’tonda
L’fejn tipponta?
Kif nitlaħha niġri
‘Sni Honda
Għax dit-tonda
Vera tonda
Qisni pulizija fuq ronda
Bla ma nixxabat
Ndur u nagħqad
F’did-dawradurella
U ara min jiġri iwissina is-Surmast
Le, mhux suppost niġru jew ninżluha vera fastDin it-Tonda! Taħt il-ħarsa ta' Marija, taħt is-sejf ta' San Mikiel
Monument mill-aktar specjali Tonda, twila w'tonda
It-tmien wonder għal student bħali Veru fonda
Bdejt minn isfel, tiela komplejt U tiflaħna,
W’ma nafx kif spiċċajt fuq il-bejt Mhux se tisfronda Fejn tisponta? Din it-tonda Waqt li ħames snin qed niskonta
Iktar minnha, ħadd m’huwa ogħola Kuljum nitlagħha, nintrabat magħha
L-oħla post li għandna fl-iskol- Ninżilha bil-free
għax iddur dur dur dur dur dur dur Imm' ara min jiġri, iwissina is-surmast
Iddur dur dur għax mhux suppost niġru jew ninżluha vera fast
Iva ddur dur dur dur dur dur dur Iv' ara min jiġri, iwissina is-surmast
dur dur dur dur dur dur Le mhux suppost niġru, jew ninżluha vera fast
Iddur dur dur Din it-Tonda!
Iddur Iddur! Taħt il-ħarsa ta' Marija, taħt is-sejf ta' San Mikiel
3. Sa Ma NqumMikiel: Keyboards/ Bullet Stratocaster/Tanglewood/Vocals/Cajun
Christa: Backing Vocals
Tinkwetax li m’għadnix nitkellem
Bqajt għaddej bla ma qagħadt insellem
Nidher stramb, minn kif kont ma tagħrafnix
Ħafna kliem, li ma nafx xi jfissru
Saħħa w’Sliem, Proset lill-Ministru
Oqgħod hemm, nippreferi ma tfehmnix
Ħallini rieqed sa ma nqum
Rieqed sa ma nqum
Għax għandi n-ngħas
Għandi n-ngħas
Rieqed sa ma nqum
Rieqed sa ma nqum
U tagħtix kas, tagħtix kas
Tittegjanix, ma rridx attenzjoni
Titlobnix nieħu pozizzjoni
Ma rridx naf, afli x’noffri wisq m’għandix
Tini nifs mill-kakofanija
Li ma tħennx, xejn ma tħenn għalija
Tini kenn, ħu paċenzja w’tqajjimnix
Ħallini rieqed sa ma nqum
Manafx kemm se ndum
Għadni bin-ngħas, għadni bingħas
Rieqed sa ma nqum
Rieqed sa ma nqum
U tagħtix kas, tagħtix kas
Għax ili snin imqajjem imma sibtni dgħajjef
Sajjem u magħdur
Għajnejja issa tqalu bil-kliem kollu li intqal
U m’għadnix nifhem mnejn jien ġej u fejn se mmur
Ħallini rieqed sa ma nqum
Rieqed sa ma nqum
Għad għandi n-ngħas, għandi n-ngħas
Rieqed sa ma nqum
Rieqed sa ma nqum
U tagħtix kas, tagħtix kas
Għax ili snin imqajjem li ħallewni dgħajjef
Sajjem u magħdur
Għajnejja issa ngħalqu taħt it-toqol ta’ kull ħalq
Li jiġri bla ma jaf il fejn beħsiebu jmur
4. Triq San Franġisk
Mikiel: Keyboards / Vocals/ Cajun/ Tambourline
David: Tanglewood Rythm / Bullet Stratocaster
Mikiel & Christa: Backing Vocals
Kull post illi sifirt
Kull veduta li rajt
Żrajt f’qalbi biex kbirt
Kull kanzunetta li smajt
Tawni ħafn’ affarjiet, kemm irħula u bliet
Tawni ħafn’ affarjiet, kemm irħula u bliet
Min jaf fejn għad immur
Fejn joħodni l-futur
Kemm nies nixtieq inżur
Sakemm id-dinja iddur
Se jtuni ħafn’ affarjiet, dawn l-irħula u bliet
Żgur mhux daqs it-traġitt sad-dar tan-nanniet
Ma ngħoddomx il-barkiet
Triq San Frangisk għadha tilqagħni
Triq San Franġisk kull meta irrid
Triq San Franġisk, hi tikkurani
Triq San Franġisk jekk nistembaħ marid
Għaliex il-ġrajja tal-ħajja nżul u tlajja
‘ndi l-malja, il-plajja inċafċaf saqajja
Triq San Franġisk, hi tikkurani
Triq San Franġisk kk’ nistembaħ marid
Triq San Franġisk bħall-ifjen ġahwra
Triq San Franġisk tiddili bla tmiem
Triq San Franġisk immorru dawra
Triq San Franġisk, imqaret fil-ġnien
Għax immur fej immur insib tlajja u nżul
F’moħħi biss nista’ miss nerġa nidħak ta spiss
Triq San Franġisk immorru dawra
Triq San Franġisk, imqaret fil-ġnien
Triq San Frangisk infittxu parking
Triq San Franġisk nidħlu fil-ħanut
Triq San Franġisk, jiena u n-nannu
Triq San Franġisk, nistadu għall-ħut
U fil-longa l-ilwien bhal jiżżelġu flimkien
U minn Nappa sal-Pont hemm it-tifel li kont
Triq San Franġisk, jiena u n-nannu
Triq San Franġisk, nistadu għall-ħut
5. Fuq Baħar Skur
Mikiel: Vocals/ Tomtoms / Keyboards/ Bullet Stratocaster/ Tanglewood/Admira
Mikiel & Christa: Backing Vocals
Sibni x’imkien fuq baħar skur
M’għandix saħħa biex nerġa ndur
Tini ħabel ma xiex inżomm
Il-kenn ta’ missier u omm
X’imkien fuq baħar skur
Fittixni, traba fid-dlam tal-lejl
Issaħħab u m’jien qed nara xejn
Tini prova li jimpurtak
Wiegħedni li se narak
X’imkien fuq baħar skur
Sibni hawn f’dan il-baħar skur
Għidli tiegħi x’inhu l-valur
Tini qalbek ma xiex inżomm
U għini mhux biss bil-fomm
Qiegħed fuq baħar skur
Tini mhabbtek ma xiex inzomm
Qiegħed fuq baħar skur
6.Int Kif IntMikiel: Keyboards/ Bullet Stratocaster - Rythm/ Tanglewood/Vocals
David: Bullet Stratocaster - Lead
Christa: Backing Vocals
Inti il-ġmiel, il-fervur taż-żogħżija
Il-ftila taqbad fid-dlam
Inti il-benna ta’ festa raħlija
Il-ħolma ta’ Adam
Inti t-tgħannieqa lit-tifel l-imwarrab
Id-dgħajsa tas-salvataġġ
Tiġi issibni kull meta imġarrab
Timlini bil-kuraġġ
Mingħajrek din tieghi m’hix ħlief parodija
Sfurzata mimlija stunar
Ressaqtha lej Alla l’dir-ruħ hekk minsija
għamiltni aħjar
Inti, int kif int
Inti, int kif int
Inti, int kif int.
Int l-aħħar qatra li xxebba’ tarbija
U l-isbaħ tbissima li rajt
Inti għażiża, l-iva waħdanija
Minn qalbi jiena tajt
Inti il-waħda li ili infittex
Int li waqqaft it-tiftix
Inti li fejjaqtni meta kont marid, int
Li dewwejtli il-brix
Mingħajrek din ħajti m’hix ħlief eżistenza
Sfurzata, tintesa malajr
‘nt il-kelma li tibdel is-sens tas-sentenza
X’inkun mingħajr
Inti, int kif int
Inti, int kif int
Inti, int kif int.
7. Minn mindu sirt Missier
Mikiel: Keyboards/ Tanglewood / Vocals/ Bullet Stratocaster
Mikiel & Christa: Backing Vocals / Handclaps
Elijah Paul: Vocal
Minn mindu sirt missier
Espandejt minn kullimkien
M’għadx għandi xorts jiġini
Xagħari ma jidher imkien
Tgħid għax jien bniedem serju?
Jew għax nehda fit-thewdin?
Inħossni tlift il-boxxla
Mindu twieled dax-xadin!
U minn mindu jien missier
Ninsa nagħlaq il-kużakk
Sirt iktar suxxettibbli
‘l puplesiji w’heart attack
Iva minn mindu jien missier
Dahri qisu għalqa suf
Żarmajt minn paceville
U qas’ Rum; m’għadnix inħuf
U li la la la laj
La laj laj
Minn mindu sirt missier
M’għandi ħin immur imkien
Għax emmenni jekk trid
Għandna wisq x’nagħmlu flimkien
Taparsi nagħmlu l-homework
Immorru il-muzew
U fdaqqa waħda dalam
Bedtime story se nibdew
Iva minn mindu jien missier
Sirt kaptan ta’ dal-vapur
Fejn l-ilma dejjem dieħel
Toqob fih daqs passatur
U nirsisti kemm nirsisti
Sabiex nagħmel sens mill-ġenn
Majnata waħda f’waħda
Nfalli iktar mill-PN
La laj laj
Minn mindu sirt missier
Iffissat f’kif inrabbih
Irridu aħjar minni
Biex fil-ħajja jkun rebbieħ
Attent ma ntihx xi skandlu
Eżempji tajbin biss
Hi ħaġa impossibbli
Għax niżgarra ħafna w’spiss
Iva minn mindu jien missier
Mindu kelli baby boy
Fuq dahri rrid inqandel
It-tabella tal-eroj
U għalkemm inħossni mżarma
Papa’ għalliem tabib xufier
Inħossni grat, Mulej
Li jien t’ibni il-missier
Iva għalkemm ili missier
Għadni ħafna eċċitat
Salpajt fuq avventura
Bħalha zgur ma kelli qatt
U għalkemm inħossni mżarma
Papa’ għalliem tabib xufier
Inħossni grat, Mulej
Li jien t’ibni il-missier
La laj laj
8. Sempliċi Kelb
Mikiel: Keyboards / Cajun / Vocals / Tanglewood /Bullet Stratocaster
Ma tantx sibt kliem x’ngħid illum
Gdimt xoffti w’ħarist lejk
Il-ħin xtaqt inwaqqaf
Sabiex nibqa’ ’ll dejjem ħdejk
Għafasnik u bkejn’ għalik
Bi qlubna kollha wġieħ
Ippruvajt infakkrek kemm għalina
Int sabiħ
Nagħfas il-buttuna
tal-qanpiena w’nistennik
F’daqqa mbagħad niftakar
li daqshekk ser ingawdik
Minjaf hux tistennieni
b’widnejk wieqfa bellusin
Inwaddablek l-għoqda
Ħalli ngħaddu ftit tal-ħin
Għax sempliċi kelb, ma nafx hux se narak
La sempliċi kelb, ma nafx hux se narak
Għafasnik u għannaqnik
Imm’ inti ma kontx hemm
Manafx fejn spiċċajt - naħseb
Li ħadd minna ma fehem
La sempliċi kelb, ma nafx hux se narak
Għax sempliċi kelb, ma nafx hux se narak
9. Rita (Irridha)
Mikiel: Vocals/Keyboards/ Tanglewood/Tamborline/Bullet Stratocaster
David: Admira Intro
Mikiel & Christa: Backing Vocals
Bistha b’xofftejn għatxana ‘l feddej
Għal mistrieħ tant mixtieq
Id-dawl kien bati, kont ili inbati
Il-bieb kompa jidjieq
B’fidi tqarbint u dlonk jiena fhimt
Li kulhadd possibbli jfiq
Fuqi giet kalma bhal kewba fid-dalma
Ta’ lejl li ma jafx żernieq
Rita irridha għax ħajti taqbida
Minsuġa minn tlajja biss
Rita inħobbha ’x kull meta nitlobha
l’Ġenna tħallini mmiss
Minn mindu doqtha inħallet din l-għoqda
Ma stajt insib tarfha b’xejn
U qalbi kont qtajt, sakemm lilha smajt
U issa jien naf għalfejn.
Rita urejtni x’nista’ nkun
Urejtni min veru jien
Timlini paċi, inħossni kapaċi
Le miegħek qatt m’jien għajjien
Rita fil-kaxxa bħal ċajta baxxa
Rita ma tisfurzanix
Rita bħal vleġġa ġo qalbi bla tweġġa
Ghax le, ma takkużanix
Rita irridha għax ħajti taqbida
Minsuġa minn tlajja biss
Rita inħobbha ’x kull meta nitlobha
Il-Ġenna tħallini immiss
U minn mindu doqtha inħallet din l-għoqda
Ma stajt insib tarfha b’xejn
U qalbi kont qtajt, sakemm lilha smajt
U issa jien naf għalfejn.
Rita, irridha
Rita, Rita Lynn
10. Meta Kont Żgħir
Mikiel: Vocals/Mouthorgan/Keyboards/ Tanglewood/Slaps
David: Admira
Meta kont żgħir
B’għajnejja kbar
Kollox kien possibli
Nsir astronawt
U nitfi n-nirien
Pjaċir nieħu bla waqfien
Imma kemm ma kont naf xejn
Meta kont żgħir
Fil-brejk ta’ nofsinhar
L-għarus tat-tifla il-gustuża
Niekol ħa nsir twil
U xejn ma jibqa’ tqil
Għarqan niġri f’nofs il-grawnd
Imma kemm ma kont naf xejn
Iva kemm ma kont naf xejn
Kont se nsir suldat
B’saħħti bħall-Papa’
Ma nibża’ minn ħadd
Maħbub minn kulħadd
U meta kont żgħir
Taħt Siġra tal-Milied
Nirrevedi il-pronomi
Nistudja kuljum
Biex nikseb Sajf etern
Kif jgħaddu l-eżamijiet
U kemm ma kont naf xejn
Iva kemm ma kont naf xejn
Kont se ngħix fit-tul
U nsir raġel xiħ
Ngħum ġo swimming pool
Sabiex nibqa’ sabiħ