mikiel

Comment – Film – Literature – Photography

Menu

Skip to content
  • By this pen…
    • Blogg Personali
      • “Il-Knisja Kontra x-Xjenza”
      • Ittra Miftuħa lil Ricky Caruana, b’reazzjoni għall-Istorja Moħbija ta’ Ġesu
      • “L-awtentiċità tal-Kotba Mqaddsa hija dubjuża. Ma kitbuhomx l-Evanġelisti nfushom.”
      • “L-ebda evidenza għall-eżistenza ta’ Kristu.”
      • “Ġesù ma kienx Alla.”
    • My Record Albums
      • L-Għami Dlam (2023)
      • Triq San Franġisk (2023)
      • Illum Illum (2025)
    • Selected Poems
    • Published Books
      • Dal-Baħar Iswed (2019)
      • Meta Ġużi Kien Abbati (2017)
      • Ħallih Ħa Jonfoħ ir-Riħ (2013)
    • Vinyl Record Reviews
      • Leonard Cohen: Death of a Ladies Man (1977)
      • Leonard Cohen – I’m Your Man (1988)
    • Arts and Live Entertainment Reviews
      • Castillo
      • Brodu – Bambinella
      • Taralalla
      • Fr.Karm Debattista: The Rhythm to the Melody Line
      • Raymond (Fight) Beck
    • Scripts & Screenplays For Download
    • Film Reviews
      • Qlub Imweġġgħa 2013)
  • Photography
    • Event Photography
      • Photoshoot: Friends Vs VIPs – Fundraising Event (May 2015)
    • On Location Photography
      • Photoshoot: Tarxien (November 2013)
      • Photoshoot: Marsascala (October 2014)
      • Photoshoot – Cittadella (September 2016)
      • Photoshoot – Zurrieq (October 2016)
  • My Fine Friends
    • Wioletta Ruchala
    • HUNTING CAIN
    • André Mangion
  • Testimonials/Reviews

Illum Illum (2025)

1.Barrakka ta' Fuq
Mikiel: Vocals / Yamaha PSR-E343 / Handclaps
Christa: Vocals
David: Bullet Stratocaster / Tanglewood

Sibtek tistenna taħt l-arkati
nittama li ma tantx ngħid ċuċati
forsi nsir nafek ftit… sabiħa!
Irrid insir nafek, insir nafek ħafn’ aħjar!
Irrid insir nafek, insir nafek ħafna aħjar!

X’aħna ħelwin, qisna żewġ artisti,
ma jafna ħadd, hawn ħafna turisti,
j’Alla ssir tafni ftit, sabiħa!
Irridek tafni, tagħrafni naqra aħjar!
Irridek tafni, tagħrafni tikka aħjar.

U dat-tferfir jawguraln’ affarjiet sbieħ!
Forsi se nogħġbok, int ġa togħġobni u rridek!
U jekk isir dak kollu l’ed nittama fih,
qalbi tixpakka, anka b’li qed idduq.
Bija please trakka, illum fil-Barrakka ta’ Fuq.

Ġmiel ta’ veduta, barka w’sliem,
frak tal-pastizzi għall-ħamiem,
u forsi mmorru lura d-dar imbissma.
Jaf jinbidel kollox – jaf tibdilli kollox illum!
Ejja ħa nagħrfek, nafek aħjar bla ma ndum.

U dat-tferfir jawguraln’ affarjiet sbieħ!
Forsi se nogħġbok, int ġa togħġobni u rridek!
U jekk isir dak kollu l’ed nittama fih,
qalbi tixpakka, iv’anke b' li qed idduq!
Bija please trakka, illum fil-Barrakka ta’ Fuq!
2. Maduma Waħda
Mikiel: Vocals, Tanglewood, Bullet Stratocaster, Yamaha PSR-E343
Mikiel & Christa: Backing Vocals


Illum illum, tistenninix, ħa ndum.
Illum illum, tistenninix, ħa ndum.
Taf fejn se nkun, m’inix sejjer niġġerra.
Żanżant il-qmis li xtrajt mill-Ingilterra!

Qalbi mutur, idejja sħan għarqana,
Awwissu pur, il-longa u is-sħana!
Biss fuq il-floor, b’qawsalla fuq xufftejha...
kollox ileqq, għajnejja fuq għajnejha!

Jiena u Joan fuq maduma waħda – nintrassu flimkien u nixxallalla…

Ara fejn hi, ta’ xagħarha mfelfel kbir!
Inħossni king… għalkemm jien ħaddiem fqir.
Nispera biss, li lili tiggustani
għax għandha mnejn illejla issalvani!

Illum – inħares f’għajnejk u narani sabiħ...
Illum – b’idejja f’idejk insib li jien sħiħ...
Illum – ferħan qiegħed ħdejk, it-toqol nerħih...
Illum – inbuslek ħaddejk inħossni rebbieħ...
Illum – int toffrili kenn li jilqagħli ir-riħ...
Illum – irridek toħodni sa ma nixjieħ...

3. Bagħla
Mikiel: Vocals, Yamaha PSR-E343, Arturia Minilab
Elijah Paul: Sparar, Vuċi tal-Bagħla, twerżieq u għajjat għall-ajjut


Ara fejnha! Isa, spara!
Biċċa bagħla taż-żunżan!
Ġiet ma wiċċi – mhux qed nara!
Din il-bagħla taż-żunżan!
Isa ejja, isa kkarga!
Isa ħa tneħħilha n-nelħ!
Is' għedtlek, spara!
Ajma ħej – spiċċali l-melħ!

Ara ġejja, ġejj’ għalija din il-bagħla taż-żunżan!
Ajma ġejja, ġejj’ għalija din il-bagħla taż-żunżan!
Ajma ġejja, ġejj’ għalija!

Ara fejnha! Ħarġet oħra!
Kien hemm waħda, issa tnejn!
Ġrejt warajha bil-karkura!
Waddabtielha imm’ għalxejn!

Minn qiegħ l-Asja sabet lili, daħlet fil-ventilatur!
Taret ħafna w’ħafna mili! F’dal-pajjiż riedet futur!

Ajma ġejja, ġejj’ għalija din il-bagħla taż-żunżan!
Ajma ġejja, ġejj’ għalija din il-bagħla taż-żunżan!
Ajma ġejja, ġejj’ għalija!

Issa fgajtha sprej apposta, għalaqtilha kullimkien!
Tiri f’tiri għax hi tosta, fitta iktar mid-dubbien!
Ġibt barmil kollu imtaqqab,
deher jogħġobha għax sabih!
Daħlet fih biex tissendika,
qaltli ‘iva, se nixtrih!’

Reġgħet ħarġet, tħokk ma’ wiċċi...
ala Mad Max!
Proset Mik, kemm inti tajjeb,
għalkemm tqil, għandek reflex!
Geżwirtha fit-toilet paper, xot white spirit – ma tatx kas!
Tajtha n-nar u mbagħad minn fuqha irrumblajt it-tank tal-gass!

Aħdar, tqil tal-Liquigas!

4. Miegħek Biss
Mikiel: Vocals, Tanglewood, Ukelele, Yamaha PSR-E343,
Mikiel & Christa: Backing Vocals


Kultant nixtieq għandi dgħajsa
biex naħrab l-istorbju u l-ġenn.
Nilgħaq ix-xmux, Kinnie w’bebbux
mingħajr wisq impenn.

U kultant nixtieq l-avventura
fuq muntanji qishom ġelat.
Jew f’xi deżert fejn xejn m’hu ċert,
ramel jew blat…

Biss kultant nixxennaq li nkun miegħek biss
għax miegħek jien wisq ferħan.

Kultant nixtieq għandi iżjed
għax nitkejjel b’riget in-nies,
ma nkunx kuntent ngħix il-mument,
qalbi tibbies!

Biss kultant nixxennaq li nkun miegħek biss
għax miegħek jien wisq ferħan!
Oh, kemm tagħmilni ferħan...
Għax miegħek jien wisq ferħan!

5. Sharon
Mikiel: Vocals, Tanglewood, Bullet Stratocaster, Yamaha PSR-E343,
Mikiel & Christa: Backing Vocals


Sharon tiegħi, għalik ngħix, immut!
Sharon tiegħi, miegħek biss marbut!

Shar, inħobbok – kulma nitolbok – please titlaqnix!
Shar, inħobbok – kulma nitolbok – please titlaqnix!

Sharon tiegħi, kemm paċenzja ħadt!
Sharon tiegħi, bħalek xejn u ħadd!

Sharon, qabbi, kajmana w’fabbli, please titlaqnix!
Sharon, qabbi, twajba u bubbly, please titlaqnix!

Tħobbni bla ma ntik għalfejn!
Itjeb mill-farfett il-lejl!

Sharon tiegħi, isbaħ minnek m’hemmx!
Sharon tiegħi, int għalija x-xemx!

Sharon, sa ma mmut!
Sharon, sa ma mmut!
Sharon!

6. Clarita
Mikiel: Vocals, Tanglewood, Yamaha PSR-E343,
Francesca Baldacchino: Vocals & Spoken Spanish


Illejla m’għadnix mitluf x’imkien.
Nagħraf tikk’iktar aħjar min jien!
M’għadnix nibża mid-dlam tal-lejl.
Le, m’għadnix nibża, m’għandix għalfejn.

Illum imsaħħar b’did-dinja maħsula lwien,
nagħlaq għajnejja w’nistrieħ lubien!
Meta s-sħab jidher tqil w’oskur
u ma nsibx fejn nistkenn immur

Clarita ddawwal is-sema
kif tidħak, tiċċaċra tinstema’!
Kewkba tintlemaħ itteptep u l-lejl m’għadux dlam...

Ngħannaqha miegħi inħossni sigur, nistrieħ.
Biha f’dirgħajja jien bniedem sħiħ!
Anke għalija kien hemm jum ġdid,
iv’anki għalija kien hemm jum ġdid!

U Clarita ddawwal dinjieti
u mmansatli dawn ħsibijieti
u qomt fuq saqajja, għax nimxi maġenbha irrid...
U Clarita timlili qalbi u tħallini mxebba’ kuntent!
U taf kif terfagħni bħal min vera jridli il-ġid.

Estrellita, muy bonita,
brilla con bondad!
Quédate conmigo para siempre!

Chiquitita, sé bendita
por la eternidad...
valiente e inocente.

7. Denise
Mikiel: Vocals / Yamaha PSR-E343
Mikiel & Christa: Backing Vocals
David: Bullet Stratocaster / Tanglewood


Kien għad għandi biss eighteen,
hi kellha tmienja u għoxrin!
Ħadtha d-dar biex nuriha s-salott.
Il-Papà sabbat saqajh b’ommi tixher minn warajh,
lanqas naf kemm-il salib rajtu jrodd!

Qalli – ibni, għidli sew x’ġibtha tagħmel ‘il di hawn ġew,
għadek żgħir u ħalib ommok fi snienek!
Għidtlu – pa, ma tafx x’qed tgħid u għal parir jien ma staqsejtx!
Iss’ ism'ekk trid, u żgur li jerġà jibdielek –

Għax inħobbha għax vera grazzjuża!
Inħobbha għaliex naprezzaha!
Inħobbha għax avventuruża!
Inħobbha għaliex niggustaha!

Inħobbha għax tgħallimni l-ħajja u
taf kif tagħmilni kuntent!
U għax il-kliem tad-diski tiegħi
tgħallmithom kollha bl-amment!

Ommi żbruffat bħal vulkan kif semgħet dat-tifħir
Qaltli – dwari, missierek l-istess kien jgħid!
Iltqajna u konn’għadna tfal, mingħajr ppjanat, waqt open bar!
Beda hu u miegħu jiena komplejt!

Għedtilhom – kemm ma tifhmux!
Bħal Denise żgur ma rajtux!
Se niżżewġu u ġa ffissajna id-data!

Din kollha għira, kollha lumi!
Nitlaq ’l hemm u ħadd ma jlumni!
Minn di żgur – se nibqa nadura ’l Denise!

Għax inħobbha għaliex hi perfetta,
inħobbha għax ma tiżbaljax!
Inħobbha għax taf tirrispetta!
Inħobbha għalkemm ma ssajjarx!

Inħobbha għax leħinha ħelu
u għandha għajnejha tondi w’sbieħ!
Inħobbha għax tkellimni b’żelu
u magħha d-dwejjaq fis ninsih!

Għax iktar retta minn d’Akkwina,
iktar mansweta minn San Ġorġ!
U lanqas temmen, żgur sinjal –
di bħalna, ma, kunjomha Borg!

Inħobbha għax qatt ma niġġieldu
u naqblu f’kollox – kull suġġett!
U kulma tilbes jixirqilha,
kemm għonnella u kemm dublett!

Inħobbha għax tagħtini ħinha
sakemm ma tidħolx overtime!
F’ġisimha m’hemmx għadma ħażina,
la twaddab ġebel u lanqas tajn!

Inħobbha għal kif titbissimli
u għal kif tagħfasni fid-dlam.
Inħobb' għax issejjaħli b'ismi
u tidlikli l-bezzun bil-ġamm!

U nħobbha għalkemm tal-Jehova
w'għalkemm missierha Laburist!
Inħobbha ħafna għaliex qaltli li
sakemm tmut, tħobb lili biss!

Fi żmien ftit xhur tkunu kunjati,
bgħatt email ġa lill-Arċipriet!
Kemm jien kuntent għax jekk Alla jrid,
ma ndumx ma nagħmilkom nanniet!

Umbagħad telqitni!

8. Fuq l-Istess Erba' Kordi
Mikiel: Vocals / Yamaha PSR-E343 / Tanglewood

Fuq l-istess erba’ kordi
ppruvajt ninseġ il-kliem.
Mal-ħsus ta’ qalbi dort u għaqadt,
kultant hekk nagħmel jien.

Għax inbati biex infisser
li għandi bżonn ingħid.
Kont drajt hawn ġew fl-irdoss tas-swar,
nammetti kont insejt.

Kif nitbissem u ninfetaħ,
kif fiduċja nerġa’ nsib.
Ngħix bis-sħiħ il-ħin sabiħ
li nsib miegħek ħabib.

Ma stennejtx jasal għada
biex ngħidlek dan il-kliem.
Kemm nistqarr din, la sibt dal-ħin,
int taf kif nagħmel jien.

Sieħbi, nħobbok għax int grazzja
u għanejtni b’ħafna ġid.
M’għandix kliem, kemm sbieħu l-jiem...
minn mindu sibt lilek ħabib,
mindu sibt lilek ħabib.

9. Mizmor LeDavid
Mark Borg Baldacchino: Vocal
David: Bullet Stratocaster / Tanglewood
Mikiel: Vocal / Yamaha PSR-E343 / Tambourine
Mikiel & Francesca: Backing Vocals / Handclaps

Ikollok ħniena minni fi tjubitek!
Fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti!
Aħsilni mid-dnub li ħliefu ma narax, o Mulej

Imsawwar jien mil-ħtija,
minn dnub ommi jien magħġun.
Spirtu qawwi ġedded fija,
le, twarrabnix illum!
Semmagħli biss il-ferħ u l-hena tiegħek, o Mulej!

Oħloq fija qalb safja, o Mulej!
Kyrie Eleison!

Aħsilni u nissaffa w’iktar mis-silġ nisbieħ!
Twarrabx din qalbi niedma, tonfoħx fuq dal-musbieħ...

Iftaħli xufftejja u nkanta t-tifħir tiegħek, o Mulej...

Oħloq fija qalb safja o Mulej!
Kyrie Eleison!
Eħlisni mill-piena tal-mewt,
għax kelmtek hi tajba u sew!

Kyrie Eleison!

10. Għal Sofia
Mikiel: Vocal / Yamaha PSR-E343 / Jewharp / Tanglewood
Mikiel & Christa: Backing Vocals

Nixtieq naqbad inkisser,
inġenġel mis-sisien.
Inħott, inwaqqa’, nfarrak,
ħa nurik ftit min jien.

Inżarma l-pedestalli
l’ għollewk mgħola s-smewwiet.
Mejn mhux kapaċi tara,
min għadu ħaj, min miet.

Nitfilek l-arroganza,
infakkrek mnejn inti ġej.
U li mingħajr plebej bħali
inti bħali - m’inti xejn.

Hemm povru għadu mkisser
taħt it-torba w’terrapien.
Kull ħames snin jivvota
lil min jikxef l-isbaħ snien.

Nixtieq ninfaqa’ nibki
biss mhux insib id-dmugħ.
Nitolbok tispjegali
kif spiċċajt hekk, bla ruħ.

M’hemmx Alla fostna iżjed,
m’hemmx Kristu u Xitan.
Hemm inti bl-ingravata,
simpatiku w’daħkan.

Nixtieq naqbad inkisser,
imm’ hawnhekk ġa imfarrak lest.
Għax kulħadd qed jitħanżer,
imwieled mill-inċest.

Pedina f’din il-logħoba,
bir-referee korrott.
Kull plejer huwa mixtri
min b’kamra u min b’jott.

Is-sema m’għadhiex tidher,
bit-trab u t-terrapien.
U t-toqol m’huwiex ġebel
u il-mejjet huwa jien.

11. Tini l-Għatx
Mikiel: Vocals/ Yamaha PSR-E343 / Tanglewood

Tini ir-rieda nidritta dax-xtur,
tini x-xewqa nkun tajjeb u pur.
Tul ħajti ’tmagħni dil-benna, dal-ġmiel,
żommni ’l bogħod minn kull frugħa u xkiel.

Tini l-għatx, agħtini l-għatx,
tini is-saħħa biex le, ma nixbax.
Tini l-għatx, tini l-għatx,
agħtini l-għatx.

Żommni nadif bħal tarbija fil-ġuf,
tħallinix nagħlaq għajnejja mitluf.
Tini l-għatx, tini l-għatx, agħtini l-għatx

Personnel: Mikiel Camilleri Haber: Kant stunat u daqq skurdat
Christa Camilleri Haber: Kant fuq 1, 2, 4, 5, 7, 10
Elijah Paul Camilleri Haber: Għajjat u Sparar fuq 3
David Camilleri Haber: Kitarri fuq 1, 7, 9
Francesca Baldacchino: Kant fuq 6, 9
Mark Borg Baldacchino: Kant fuq 9

Ritratt tal-qoxra: ChatGPT
Kliem u Mużika - Mikiel Camilleri Haber
Arranġamenti u Produzzjoni, Mixing u Mastering - Mikiel Camilleri Haber
Recording - Ġunju - Settembru 2025
Mixing / Mastering - Settembru 2025

Data tal-Pubblikazzjoni - 26 Settembru 2025
Drittijiet kollha riżervati © Mikiel Camilleri Haber

Prodott home made

Share this:

  • Click to share on X (Opens in new window) X
  • Click to share on Facebook (Opens in new window) Facebook
Like Loading...
Blog at WordPress.com.
Privacy & Cookies: This site uses cookies. By continuing to use this website, you agree to their use.
To find out more, including how to control cookies, see here: Cookie Policy
  • Subscribe Subscribed
    • mikiel
    • Already have a WordPress.com account? Log in now.
    • mikiel
    • Subscribe Subscribed
    • Sign up
    • Log in
    • Copy shortlink
    • Report this content
    • View post in Reader
    • Manage subscriptions
    • Collapse this bar
 

Loading Comments...
 

    %d